Fil-każ tas-Sħaba l-Maġellanika l-Kbira, id-distanza tagħha ġiet determinata wara li ħarsu lejn pari ta' stilel li jorbitaw lil xulxin. Dawn insejħulhom 'sistemi binarji'; tista' tara impressjoni tal-artit ta' waħda f'din l-istampa. Mid-Dinja, naraw l-istilel jgħaddu regolarment minn quddiem xulxin. Kull darba li jiġri dan, id-dawl taż-żewġ stilel flimkien jonqos. Billi jkejlu il-bidliet fid-dijja, l-astronomi jistgħu jsiru jafu kull tip ta' informazzjoni: kemm huma kbar l-istilel, kemm għandhom materjal u anke kemm qegħdin 'il bogħod mid-Dinja.
Permezz ta' din it-teknika, issa għandna iżjed distanza preċiża tal-ġara tagħna minn qatt qabel: qiegħda 163,000 sena dawl 'il bogħod! Dan ifisser li jekk jirnexxielek tikser ir-regoli tal-fiżika u tivvjaġġa bil-veloċità tad-dawl - l-iżjed ħaġa mgħaġġla li nafu - xorta tieħu 163,000 sena biex tasal hemm! Is-sejba tad-distanza preċiża sas-Sħaba l-Maġellanika l-Kbira hi waħda importanti, għax id-distanza lejn l-istilel f'dik il-galassja tista' tintuża biex insiru nafu d-distanza lejn galassji iżjed rimoti.
Meta qed inkejlu l-iskala tal-Univers, l-astronomi jużaw xi ħaġa li tissejjaħ 'dawl ta' xemgħa standard'. Dawn huma oġġetti astronomiċi b'dija magħrufa. Jekk inkunu nafu d-distanza lejn dawl ta' xemgħa standard fil-qrib - pereżempju fis-Sħaba l-Maġellanika l-Kbira - nistgħu nikkalkolaw id-distanza għal dawk iżjed imbiegħda. Dan għaliex oġġetti iżjed imbiegħda jidhru jiddu inqas. Imma l-katina hi preċiża daqs kemm hi dgħajfa, li kienet is-Sħaba l-Maġellanika l-Kbira. Issa li nafu d-distanza preċiża lejn din nistgħu niddeterminaw id-distanza lejn galassji ħafna iżjed lil hinn fl-Univers b'mod iżjed preċiż.
Share: