Find Us Online At
iBookstore
Android app on Google Play
Like Us
A programme by
Kemm għandek għajnejk kbar!
7 March 2012

It-teleskopji l-kbar huma b'saħħithom ħafna u jiżżumjaw fuq affarijiet fl-Univers li ma tistax tarahom b'għajnejk biss jew b'teleskopji żgħar. Iżda jekk l-astronomi jkunu jridu jieħdu ritratti ta' partijiet kbar mis-sema, allura jużaw teleskopji żgħar minflok.

L-astronomi spiss jitkellmu dwar id-daqs ta' dik il-parti mis-sema li ġie tidher f'ritratt meta mqabbla ma' kemm jieħdu spazju l-affarijiet fis-sema.  Is-sema qisha nofs ballun, li hu kbir 180 grad mil-Lvant sal-Punent u mit-Tramuntana san-Nofsinhar, fuq rasna. Dan ifisser li d-daqs tal-affarijiet fis-sema bil-lejl jitkejjel bil-gradi - eżatt bħal meta tkejjel l-angoli bi protractor! Pereżempju, il-Qamar kwinta jieħu madwar nofs grad fis-sema bil-lejl.

Ħafna teleskopji kbar jistgħu jieħdu biss ritratti tas-sema bil-lejl li jkunu ħafna inqas minn grad wiesgħa. Għal dawn id-daqsijiet zgħar, l-astronomi jużaw kejl differenti, imsejjeħ l-ark-minuta. Hemm 60 ark-minuta fi grad wieħed.

Iżda teleskopju kbir imsejjaħ il-VST ħa dan ir-ritratt ta' hawn fuq, li juri grad sħiħ fis-sema. Dan it-teleskopju huwa wiesgħa 2.6metri, li hu enormi! Madankollu, irnexxielu jiġbed mijiet ta' galassji fuq parti kbira mis-sema. Is-sigriet wara dan kollu hi l-kamera speċjali li għandu ta' 268 megapixels.

Li tkun tista' tieħu ritratti kbar tas-sema bil-lejl ser jgħin ukoll lill-astronomi biex ifittxu għal affarijiet fl-ispazju li s'issa għadhom ma ġewx skoperti.

Fatt Interessanti

Tista' tuża idejk biex tkejjel l-angoli fis-sema bil-lejl. Meta żżomm idejk 'il barra miftuħa, subgħajk iż-żgħir jgħatti madwar grad, li hu iżjed mid-doppju tad-daqs tal-Qamar! Dan jissorprendik?

Notes

 Din l-iSpace Scoop hi bbażata fuq stqarrija tal-ESO.

Share:

More news
12 October 2020
1 October 2020
16 September 2020
14 September 2020
10 September 2020

Images

What Big Eyes You Have
What Big Eyes You Have

Printer-friendly

PDF File
1.0 MB