Find Us Online At
iBookstore
Android app on Google Play
Like Us
A programme by
Nirien ta' Billejl
13 November 2013, Rabat

Kull sena, fil-5 ta' Novembru, eluf ta' nirien jitqabbdu madwar ir-Renju Unit kollu. Din hi tradizzjoni biex jiġi mfakkar raġel jismu Guy Fawkes li nqabad jipprova jisplodi l-parlament tar-Renju Unit u joqtol lir-re, madwar 400 sena ilu.

 

Minkejja li ċ-ċelebrazzjoni tal-falliment ta' Guy Fawkes issir fir-Renju Unit, id-dinja kollha tista' tgawdi xena simili din is-sena! Jekk tuża l-immaġinazzjoni tiegħek, tista' tara nar f'dan ir-ritratt tas-sema billejl, xi ħaġa li taqsam kull fruntiera u tista' titgawda min-nies ta' kull kultura! Is-sħaba ħamra għandha r-rwol tan-nar jaqbad u l-istilel li bojod li jagħtu fl-ikħal huma x-xrar li qed ittajjar il-fjamma.

 

Fir-realtà, din is-sħaba ħamra ta' gass u trab u stilel żgħażagħ madwarha huma kollha parti minn ġemgħa ta' stilel bl-isem ta' NGC 3572. Ħafna stilel ma jitwieldux waħedhom imma fi grupp, b'ħafna aħwa li jitwieldu madwar l-istess żmien, minn sħaba waħda ta' gass u trab. Kważi kollha għandhom l-istess żmien, imma jvarjaw ħafna skont id-daqs, il-massa, it-temperatura u l-kulur.

 

Il-ħajja ta' stilla jiddependi ħafna fuq kemm tkun kbira meta titwieled. Stilla li tkun ħamsin darba iżjed massiva mix-Xemx ikollha ħajja ta' ftit miljuni ta' snin, meta mqabbla max-Xemx, li ser tkompli għaddejja għal għaxar biljun sena.

 

Stilel ħafna iżgħar mix-Xemx jistgħu jgħixu trilljuni ta' snin - ħafna iżjed mill-età li għandu l-Univers tagħna bħalissa. Minħabba dan, gruppi ta' stilsl bħall-NGC 3572 jagħtu lill-astronomi laboratorji perfetti biex jistudjaw stilel f'bosta stadji tal-ħajja tagħhom u jitgħallmu kif jevolvu.

Fatt Interessanti

Madwar 10% biss ta' din is-sħaba li minnha ffurmat il-ġemgħa ta' stilel ser issir stilel. Il-bqija tal-gass u trab bil-mod il-mod jintilef fl-ispazju permezz ta' rjiħat qawwija minn dawn l-istilel żgħażagħ li jiddu u jaħarqu ħafna.

Share:

Images

Roaring Fire of the Night
Roaring Fire of the Night

Printer-friendly

PDF File
1.2 MB