Find Us Online At
iBookstore
Android app on Google Play
Like Us
A programme by
Kollox Beda mal-Big Bang... Imma Meta?
22 March 2013

Qatt immaġinajt li tivvjaġġa lura lejn il-bidu taż-żmien jew tara l-Univers kollu? Tista' tagħmel hekk billi tħares lejn dan ir-ritratt! It-teleskopju spazjali, Planck, kien qed josserva l-eqdem dawl fid-dinja, minn ftit wara l-bidu tal-Univers! Dawn l-osservazzjonijiet issa ġew miġbura f'din il-mappa, li turi l-forma tal-Univers meta kien għadu żagħżugħ. It-tbajja' blu u ħomor li tista' tara huma 'ż-żerriegħa' antika tal-istilel u l-galassji tal-lum!
Ħafna astronomi jemmnu li l-Univers beda mal-Big Bang 13.7 biljun sena ilu.  Qabel dan, l-Univers kollu kien marsus ġo bużżieqa eluf ta' drabi iżgħar minn ras ta' labra. Imbagħad, f'daqqa waħda splodiet, u twieled l-Univers kif nafuh illum. Id-dijja mhux qawwija tad-dawl li ġabar Planck tissejjaħ radjazzjoni kożmika microwave tal-isfond. Jimla' l-Univers kollu, iddawwar id-Dinja minn kull direzzjoni. Xi wħud isejħulha 'l-eku tal-Big Bang', għax kien l-ewwel dawl li eżista fl-Univers wara l-bidu splussiv.

Ix-xjenzati llum jgħidu li t-tbajja' fuq din il-mappa huma prova deċiżiva tat-teorija tal-Big Bang, li iżda seħħet 13.8 biljun sena ilu. Dan ifisser li l-Univers hu 80 miljun sena ixjaħ minn kemm konna naħsbu! Minbarra din l-iskoperta spettakolari, il-mappa fiha xi misteri kurjużi: Għaliex hemm iżjed tbajja' jaħarqu ħomor fin-nofs t'isfel tal-mappa? X'ikkawża t-tebgħa kbira kiesħa fin-nofs? Forsi xi darba, tkun inti li ssolvi dawn il-mister!

 

Fatt Interessanti

FATT INTERESSANTI

Ir-radjazzjoni kożmika microwave tal-isfond kienet taħraq immens meta nħolqot l-ewwel darba, imma f'dawn l-aħħar 13-il biljun sena, naqset b'mod drammatiku. Illum, hi biss 2.7 grad fuq iż-żero assolut - l-iżjed temperatura kiesħa possibbli (−273°C).

 

More information

ESA   
This Space Scoop is based on a Press Release from ESA.

Share:

Images

It All Started with a Big Bang... But When?
It All Started with a Big Bang... But When?

Printer-friendly

PDF File
1.3 MB